Sport Sport Ieħor

Futsal: St. George’s jagħtu battikata liċ-champions Luxol

Iċ-champions Luxol St.Andrew’s xejn ma sabuha faċli sabiex jieħdu t-tliet punti fil-partita tagħhom mill-Enemed Futsal League kontra St. George’s. Luxol St Andrews eventwalment rebħu 4-2 b’St.George’s minkejja li tilfu kienu dejjem fil-partita. Andy Mangion, Marwan Telisi, Luke Gatt u Andre Ciancio skorjaw għal Luxol St.Andrew’s filwaqt li St George’s skorjaw permezz ta’ awtogowl ta’ Andy Mangion u Karl Luke Schembri.

Swieqi United iddominaw il-konfront tagħhom kontra Fgura United tant li rebħu bl-iskor kbir ta’ 10-1.

L-Università ta’ Malta kisbu rebħa tajba ta’ 5-3 kontra Żurrieq Futsal filwaqt li Ta’ Xbiex Futsal ftit kellhom jitħabu kontra Marsaskala fir-rebħa ta’ 13-5.

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena kiseb l-ewwel rebħa tiegħu f’dan il-kampjonat meta f’partita ibbilancjata, miftuħa għal kull riżultat għelbu lil Malta Veterans 5-4.