Bl-attenzjoni tad-dilettanti tal-futbol u anki min mhuwiex fuq-Tazza tad-Dinja li qed issir fil-Qatar, f’Malta kompla mill-ġdid il-Kampjonat Premier bil-ġurnata ta’ qabel tal-aħħar qabel tmiem l-ewwel rawnd. Meta wieħed iħares lejn il-klassifika nsibu li Ħamrun Spartans għandhom vantaġġ ta’ seba’ punti fil-quċċata tal-klassifika. Prattikament id-diskussjoni Kampjonat hija kważi magħluqa. Ovvjament matematikament m’hemm xejn deċiż u fadal. Imma hemm ukoll diversi aspetti oħra li wieħed irid janalizza. Fosthom il-kwalifikazzjoni fl-Ewropa, fejn is-sena li għaddiet din tatna riżultati pożittivi u nkoraġġanti. U hemm id-diskussjoni dwar ir-relegazzjoni fejn hemm timijiet li kważi jafu li l-mawra tagħhom fil-ogħla diviżjoni ser tkun waħda qasira.
F’din l-ewwel fażi tal-Kampjonat spikkaw players bħal Guillaumier ta’ Ħamrun Spartans u l-attakkant ta’ Gżira United Jefferson. Mill-banda l-oħra bl-aspett negattiv naraw li Marsaxlokk spiċċaw jilgħabu b’disa’ players biex s’issa huma kellhom ħames players imkeċċija fi tnax-il logħba. Rekord pjuttost negattiv.
KLASSIFIKA | L | PTI |
Ħamrun Spartans | 12 | 31 |
Hibernians | 12 | 24 |
Birkirkara | 12 | 22 |
Gżira United | 12 | 22 |
Mosta | 12 | 20 |
Gudja United | 12 | 20 |
Floriana | 12 | 19 |
Balzan | 12 | 17 |
Valletta | 12 | 15 |
Marsaxlokk | 12 | 14 |
Sirens | 12 | 12 |
Żebbuġ Rangers | 12 | 7 |
Santa Lucia | 12 | 5 |
Pietà Hotspurs | 12 | 4 |
L-AQWA SKORERS | GLS |
Jurgen Degabriele (Hibernians) | 9 |
Jefferson De Assis (Gżira United) | 9 |
Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 8 |
Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 7 |
Christ Ememe (Mosta) | 7 |
Maxuell Maia (Gżira United) | 6 |
Is-Sibt 10 ta’ Diċembru, 2022
Stadium Nazzjonali
1.00pm Birkirkara – Balzan
Tony Bezzzina Stadium
1.00pm Pieta H. – Sirens
Il-Ħadd 11 ta’ Diċembru, 2022
Tony Bezzina Stadium
11.30am Żebbuġ R. -Gżira Utd.
2.00pm M’Xlokk – Valletta
Stadium Nazzjonali
2.00pm Gudja Utd.- Ħamrun S.
Centenary Stadium
2.00pm Santa Lucia – Mosta
It-Tnejn 12 ta’ Diċembru, 2022
Stadium Nazzjonali
7.30pm Hibernians – Floriana
//= $special ?>