Lokali Qorti

Il-vittma li nqatel f’Paceville kien involut fi qtil fir-Rumanija u Londra


Joseff Rivas li inqatel nhar it-Tnejn wara nofs b’daqqiet ta’ mus f’Paceville fejn kienu arrestati tliet Rumeni b’rabta ma’ dan il-każ kien kriminal fejn għamel ħajtu imfittex mill-Pulizija fl-Ingilterra u r-Rumanija fejn fost oħrajn kien involut f’żewġ omiċidji 14-il sena ilu wieħed fl-Ingilterra fejn għamel żmien twil jgħix u ieħor f’pajjiżu r-Rumanija.

Joseph Rivas vvjaġġa lejn ir-Rumanija mill-Ingilterra fl-2006 wara li ltaqa’ ma’ tfajla mill-komunità ta’ Ciobanu, fix-Xlokk tar-Rumanija. Huwa ddeċieda li jibqa’ magħha u jisfrutta l-opportunitajiet fil-pajjiż, kien mar joqgħod hemm b’mod permanenti.

Sentejn wara u rnexxielu jikseb impjieg bħala bouncer, wara li ħarab mill-Londra fil-belt Rumena ta’ Constanța u kien involut f’argument ma’ bouncer ieħor u wara li tah xebgħa li minnha l-kollega tiegħu baqa’ ma rkuprax tant li miet sentejn wara.

Iżda hekk kif ħareġ mill-ħabs, reġa’ spiċċa fl-inkwiet wara li wettaq serqa vjolenti f’dar fil-belt ta’ Navodari ukoll fix-Xlokk tar-Rumanija. Flimkien ma’ tlieta mill-erba’ kompliċi tiegħu huwa daħal f’dar ta’ koppja Rumena u sawwathom sakemm żvelaw fejn kienu ħallew £79,000 fi flus kontanti.


L-aggressuri kienu daħlu fil-proprjetà billi telgħu fuq ċint u qatgħu wire li kien mad-dar u daħlu fil-propjetà. Dak il-ħin is-sid tal-propjetà, oħtu u ħabib tagħha kienu fil-bini. Il-mara kienet fuq, u ż-żewġt irġiel kienu isfel jilagħbu fuq console tal-kompjuter u għalhekk ma semgħu xejn sakemm f’daqqa waħda ġew imdawra bl-aggressuri.

Imbagħad iż-żewġt irġiel ġew allegatament ittorturati b’id ta’ wieħed mill-vittmi taqla’ b’ferit permezz ta’ sikkina qabel ma finalment il-vittmi żvelaw fejn kienu l-flus. Il-ħallelin imbagħad tfarrku l-mowbajls kollha fid-dar u ħarbu f’karozza li fiha kien qed jistenna l-ħames raġel. Rivas fuq dan il-każ kien ġie kundannat tmien snin ħabs.

Rivas li fl-Ingilterra kien joqgħod Brixton, f’Londra kellu ċittadinanza doppja, dik Ingliża u Rumena u li fl-2008 fl-Ingilterra kien qatel raġel bi vjolenza meta daħal biex jisirqu. Tant kemm kienet kbira l-aggressjoni li kien kisser l-għadam taż wiċċ il-vittma bid-daqqiet.

Minkejja li Rivas kien imfittex mill-Interpol kien spiċċa Malta fl-2014 u jaħdem fi stabbiliment tad-divertiment. Sena qabel ma ġie Malta Rivas ġie arrestat fir-Rumanija fuq mandat t’arrest Ewropew b’rabta mal-omiċidju f’Londra. Il-Qrati Ingliżi talbu l-estradizzjoni tiegħu. Talba, li ma ntlaqatx. Il-Qorti Ingliża madankollu kkundannatu għomru l-ħabs wara li sabitu ħati tar-reat li wettaq f’Londra.

Rivas kien qed jiġi suspettat ukoll li kien involut ma’ erba’ rġiel oħra akkużati li ppjanaw biex jaħtfu lil Victoria Beckham, il-mara tal-eks player internazzjonali Ngliż David Beckham. Dan il-każ imm akien waqa’ minħabba nuqqas ta’ provi. L-irġiel, erba’ Rumeni u wieħed Albaniż tal-Kosovo kienu ġew akkużati li kkofoffaw biex jaħtfu lil Victoria Beckham,. Dan wara li dehret storja dwar l-allegat plot fil-gazzetta tabloid News of the World.