Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Is-Serbja immultati mill-FIFA għall-imġieba tal-partitarji kontra l-Iżvizzera

Il-FIFA immultat lis-Serbja għall-allegatament imġieba skoretta tal-partitarji tagħha fil-partita kontra l-Iżvizzera. Il-multa tal-FIFA tinkludi l-imġieba tal-plejers u tal-partitarji, b’allegazzjonijiet ta’ kliem dispreġjattiv lejn numru ta’ plejers relatati mal-Kosovo. Jidher li fil-mira ta’ dan it-tgħajjir kienu Xherdan Shaqiri u Granit Xhaka, li t-tnejn għandhom familjari b’għeruq mill-Kosovo. Iż-żewġ t’iplejers għandhom għeruq mill-Albanija, bis-Serbja tibqa’ ma tirrikonoxix lil Kosovo bħala stat sovran, minkejja li ħadu l-indipendenza mis-Serbja fl-2008.

Intant il-FIFA ma speċifikatx liema inċidenti li seħħew fi Stadium 974 wasslu għal din il-multa relatat ma imġieba mhux xierqa ta’ plejers u partitarji. Apparti t-tgħajjir lejn Shaqiri li nstema minn sezzjoni tal-istadium, diversi plejers Serbjani dehru urtati u daħlu fil-pitch fit-tieni taqsima, meta r-referee ma kkonsultax il-VAR, f’inċident li seta’ wassal għal penalty. Is-Serbja se jingħataw iż-żmien biex jappellaw mid-deċżjoni, fejn il-partiti impattati minn din id-deċiżjoni mistennija jkunu dawk parti mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej f’Marzu.