Lokali

It-tfal jiċċelebraw il-festa ta’ San Nikola

Fix-xahar ta’ Diċembru, ftit ġranet bogħod mill-ġurnata tal-Milied, tfal tal-iskola primarja tas-Siġġiewi ċċelebraw il-festa ta’ San Nikola, fejn kienet organizzata purċissjoni bix-xbieha ta’ dan il-qaddis li huwa l-patrun tas-Siġġiewi. Il-purċissjoni bdiet mill-iskola stess u ntemmet quddiem il-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi.

San Nikola, illi kien isqof li kien jgħin lill-foqra, hu magħruf għat-tqassim tar-rigali, u b’hekk tul is-snin ġie assoċjat mal-leġġenda ta’ Santa Klaws.

Dan is-sit staqsa lit-tfal xi jfisser għalihom San Nikola, fejn spikkat il-ġenwinità ta’ dawn l-istudenti ta’ etajiet varji.

“Huwa l-patrun tal-iskola tagħna, u kien jgħin lil ħafna nies” – bosta tfal qalu ma’ Net News.

Waqt il-purċissjoni, t-tfal kienu akkumpanjati mis-Siġġiewi Festival Brass Band kif ukoll mill-Banda San Nikola, illi daqqew diversi marċi festivi.

Din l-attività ġiet fi tmiemha permezz ta’ quddies ċelebrata għall-għalliema, it-tfal u l-qraba tagħhom.