Lokali

Joħorġu mill-ITU l-ħaddiema li weġġgħu fit-traġedja ta’ Kordin

Fl-aħħar sigħat sorsi ta’ Net News qalu li fortunatament il-ħaddiema li weġġgħu serjament fil-każ tal-bini illi krolla f’Kordin ħarġu mit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Dan il-każ sfortunatament ħasad il-ħajja ta’ żagħżugħ ta’ 20 sena.

Fl-isptar Mater Dei bħalissa hemm tliet Albaniżi u Serb li ħarġu mill-ITU wara li rrispondew tajjeb għall-kura mogħtija.

Minbarra dawn il-ħaddiema, kien hemm ieħor li ħelisha ħafif wara li ggranfa ma’ pajp ta’ krejn li kien qed jagħti l-konkos.

Dwar dan il-każ għadha għaddejja inkjesta maġisterjali u investigazzjoni mill-Pulizija biex jiġi stabbilit x’ikkawża t-tiġrif tal-binja li kienet għadha fi stat ta’ kostruzzjoni.