Sport Sport Ieħor

Kurt Farrugia u Nick Mercieca jwaqqfu rekords dinjija ġodda fl-Indoor Rowing

Kurt Farrugia u Nick Mercieca waqqfu rekords dinjija ġodda fl-Indoor Rowing għall-500m fil-kategoriji rispettivi tagħhom. Kemm Farrugia kif ukoll Mercieca huma para qaddiefa tal-klabb Siġġiewi Rowing Club bir-rekords jiksiru waqt il-Kampjonati Nazzjonali ta’ Qdif Indoor ta’ Malta.

Farrugia kkompeta fil-kategorija tal-Irġiel PR2 tal-500m u kiseb ħin ta 2 minuti 5.4 sekondi b’Nick Mercieca li kkompeti fil-kategorija PR1 tal-500m kiseb ħin ta’ 3 minuti 9.6 sekondi.

Julian Mercieca li huwa s-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Paralimpiku Malti wera s-sodissfazzjoni tiegħu lejn l-atleti miksuba miż-żewġ para atleti.

Il-Presidet tal-Kumitat Paralimpiku Malti u ta’ Siġġiewi Rowin Club faħħar l-impenn u l-ħidma ta’ Kurt Farrugia u ta’ Nick Mercieca għar-riżultat miksub minnhom.