Internazzjonali

L-Indoneżja: Approvata kodiċi kriminali li tipprojbixxi s-sess bejn il-persuni li mhumiex miżżewwġin

Il-Parlament f’Jakarta approva kodiċi kriminali ġdida li tipprojbixxi lil kulmin mhux miżżewweġ milli jkollu r-relazzjonijiet sesswali ma’ ħaddieħor. L-istess liġijiet intant, qed jitqiesu wkoll bħala waħda li tirrestrinġi l-libertà politika fl-Indoneżja.

Il-liġijiet – li se jidħlu fis-seħħ tliet snin oħra — jesiġu biex kulmin jinqabad li qed ikollu r-relazzjonijiet sesswali barra ż-żwieġ jispiċċa kkundannat għal sena ħabs.

Il-bidliet fil-liġijiet anki qed isiru wara spinta lid-denominazzjonijiet reliġjużi konservativi fl-Indoneżja fejn il-maġġoranza tal-poplu huma Musulmani.

Fl-istess ħin, il-kritiċi qed iqisu l-liġijiet ġodda bħala ‘diżastru’ għad-drittijiet umani fl-Indoneżja. Dan meta l-pajjiż kapaċi jsofri daqqa ta’ ħarta kbira fir-rigward tat-turiżmu u l-investiment matul ix-xhur li ġejjin.

Intant, diversi gruppi ta’ żgħażagħ Indoneżjani qed jipprotestaw dwar il-leġislazzjoni kontroversjali, anki permess ta’ manifestazzjonijiet pubbliċi. Mistenni wkoll li l-kodiċi kriminali inkwistjoni, ‘il quddiem, tispiċċa kkuntestata fil-qorti,

Il-liġijiet ġodda japplikaw anki għall-barranin li qegħdin jgħixu fl-Indoneżja jew li jistgħu jmorru għal btala fir-resorts turistiċi bħal Bali. F’dan il-każ, il-barranin li mhumiex miżżewġa wkoll jistgħu jeħlu sa sena ħabs f’sitwazzjoni fejn jinqabdu f’relazzjoni sesswali. Hu minnu wkoll li l-liġijiet ġodda jipprojbixxu lill-koppji mhumiex miżżewwġin milli jgħixu flimkien u meta l-piena għall-ksur tar-regoli speċifiċi tinvolvi talanqas sitt xhur priġunerija.