Mistoqsija mill-Professur Andew Azzopardi jekk taqbilx mal-abort, il-Ministru Miriam Dalli għażlet li ma tweġibx. Hi kienet qed tiġi intervistata fuq l-istazzjon tar-radju 103.
L-istess għamel din il-ġimgħa l-Ministru kollega tagħha Clayton Bartolo meta kien mistoqsi minn Net News, iżda hu qalilna li l-opinjoni tiegħu “irrilevanti”.
Intant, l-għada li eluf ta’ persuni ħonqu Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta jipprotestaw kontra il-liġi tal-abort, il-Prim Ministru Robert Abela f’nifs wieħed qal li lest jiddiskuti u fl-istess waqt baqa’ jżomm pożizzjoni iebsa u stqarr li l-liġi kif inhi hi “ċarissima” – konferma tal-konfużjoni li qed tiddomina fil-Partit Laburista bħalissa.
//= $special ?>