Lokali Parlament

Miriam Dalli tattakka l-protesta favur il-ħajja

Il-Ministru Laburista Miriam Dalli llejla attakkat il-protesta li saret minn Life Network favur il-ħajja nhar il-Ħadd li għadda fil-Belt u qalet li din kienet organizzata minn klikka tal-ex ministru Tonio Fenech.

Meta kienet qed titkellem fil-parlament il-Ministru Miriam Dalli attakkat ukoll lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u lill-kelliema tal-Oppożizzjoni u attribwiet lejhom kummenti li hi qalet li rċeviet kemm ilha titkellem favur l-emenda tal-gvern li biha se jiddaħħal l-abort. Dan meta, dawn il-kummenti ma ntaqlux mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista.