Il-kowċ tal-Korea t’Isfel Paolo Bento irriżenja minn kowċ tat-tim wara l-eliminazzjoni mit-Tazza tad-Dinja fit-telfa ta’ 4-1 kontra l-Brażil. Minkejja li ma kienux fost il-favoriti, il-Korea rnexxielhom jagħmlu mill-Grupp flimkien mal-Portugall, bil-Ghana u l-Urugwaj ikunu eliminati. Il-Portugiż ta’ 53 sena ilu fit-tmexxija tat-tim sa mill-2018 fejn rebaħ 35 partita minn 57 partita fit-tmexxija. Wara l-parttita Bento irringrazzja lill-plejers kollha u qal li se jkun qed jistrieħ qabel jevalwa l-pass li jmiss.
Fl-aħħar partita tal-grupp il-Korea T’Isfel għelbu lil Portugall wara t-telfa ta’ 3-2 kontra l-Ghana iżda l-Brażil kien b’saħħithom wisq għat-tim Ażjatiku. Fl-2019 il-Korea sofrew eliminazzjoni diżappuntanti fil-kwarti finali tat-Tazza Ażjatika u ma rnexxielhomx ikomplu l-mixja pożittiva tagħhom fil-Qatar.
//= $special ?>