Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Meta naħseb biex nieqaf, jiġi l-Mulej u jimbuttani biex inkompli” – Mary Rose Mallia

Tul il-programm PROFILI tal-lejla l-mistiedna se tkun l-attriċi Mary Rose Mallia. Apparti li se nitkellmu fuq l-aspett tad-drama u l-irwoli li kellha, inkluż fir-Ronnie u f’Simpatiċi, ma’ Mary Rose Mallia se nitkellmu fid-dettall dwar il-karriera mużikali.

Esperjenzi ta’ preġju ‘l bogħod minn xtutna, fejn anki tawha l-isem ta’ Mary Charles, isem li għall-bidu ma tantx niżel tajjeb mal-kantanta.

Il-karattru allegruż tagħha żgur se jżomm kumpanija lil bosta, bħal ma’ dejjem żamm fil-passat, u llejla l-programm PROFILI se jkun qed jgħinna nsiru nafu aktar lil Mary Rose Mallia.

PROFILI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul se jixxandar illejla fit-8.30pm fuq Net TV.