Lokali

Tliet Rumeni arrestati wara d-delitt f’Paceville

Aktar kmieni dalgħodu, il-Pulizija arrestaw tliet irġiel Rumeni ta’ 31, 32 u 35 sena rispettivament, li huma suspettati bl-involviment fl-omiċidju li seħħ ilbieraħ wara nofsinhar f’San Ġiljan.

It-tliet persuni qegħdin jinżammu fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali fil-Furjana għal aktar stħarriġ.

Mill-investigazzjonijiet li saru fl-aħħar sigħat, irriżulta wkoll li l-vittma huwa ta’ nazzjonalità Ingliża, iżda residenti r-Rumanija.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.