Internazzjonali

Tmut l-attriċi Kirstie Alley

Tħabbret il-mewt tal-attriċi Amerikana, Kirstie Alley fl-età ta’ 71 sena. Alley mietet kaġun ta’ marda terminali.

Bosta atturi ta’ fama internazzjonali esprimew in-niket tagħhom għall-aħbar tal-mewt ta’ Alley. Fosthom, l-attur John Travolta li magħha kien ħadem f’għadd ta’ serje. Travolta qal li m’Alley kellu “relazzjoni speċjali.”

Matul il-karriera tagħha Alley fost l-oħrajn ħadmet fis-sitcom “Cheers” u f’“Look Who’s Talking.” Hija kienet ħadet sehem anke fi ‘Star Trek II’.