Lokali

Amber b’kanzunetta ġdida għal żmien il-Milied

Ftit jiem ilu l-kantanta u kittieba Amber ħarġet kanzunetta ġdida tal-Milied bit-titlu ‘Mument Maġiku’.

Din il-kanzunetta hija t-tieni waħda relatata mal-Milied wara li s-sena li għaddiet kienet nediet ‘Dan il-Milied’.

‘Mument Maġiku’ titratta dwar l-atmosfera li jġib miegħu dan iż-żmien u kif huma propju l-memorji li nikkrejaw tul is-snin li jagħmlu dawn iż-żminijiet daqstant speċjali.

Fil-kanzunetta, tispikka frażi partikolari – “Il-Milied magħmul minn ħafna memorji, u dak li jagħmel il-Milied speċjali. Il-jien u int flimkien”.