L-eks plejer Samuel Eto’o talab apoloġija wara inċident li seħħ wara l-partita mill-aħħar 16 bejn il-Brażil u l-Korea ta’ Isfel. Filmat li tpoġġa fuq il-media soċjali wera lil Eto’o jargumenta ma’ raġel.
Eto’o, li fil-preżent hu l-President tal-Federazzjoni tal-Futbol fil-Kamerun, ippoża ma’ diversi partitarji għal ritratt qabel konfrontazzjoni ma’ persuna oħra. Il-filmat wera lil Eto’o javvanza lejn dan ir-raġel sakemm ġie mrażżan minn persuni fil-madwar, iżda wara deher jgħolli l-irkoppa fid-direzzjoni tar-raġel.
“Nixtieq nitlob aġoloġija talli tlift it-tempra u kelli relazzjoni li ma tixraqx il-personalità tiegħi. Ninsab apoloġija lill-pubbliku ta’ dan l-inċident sfortunat,” qal Eto’o.
L-eks plejer ta’ 41 sena qal li ġie pprovokat minn partitarju li probabbilment kien partitarju tal-Alġerija. Dan bħala parti minn kampanja kontinwa kontra l-intimidazzjoni.
Il-Kamerun ikkwalifikat għat-Tazza tad-Dinja wara rebħa fil-play-off kontra l-Alġerija f’Marzu li għadda.
Eto’o kompla li minn dik il-logħba, hu kien fil-mira ta’ insulti u allegazzjonijiet ta’ tbagħbis mingħajr evidenza. L-erba’ darbiet Plejer tas-Sena tal-Afrika nħatar bħala President tal-Fecafoot f’Diċembru li għadda.
//= $special ?>