Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Ċelebrazzjonijiet kbar fil-Marokk wara r-rebħa fuq Spanja

Matul il-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa spikkaw ċ-ċelebrazzjonijiet kbar li saru kemm fil-Qatar u anke fil-Marokk hekk kif, it-tim nazzjonali tal-Marokk għeleb u elimina lil Spanja minn mal-aħħar 16 tat-Tazza tad-Dinja wara l-għoti tal-penalties.

Il-Marokk li temmew l-ewwel fil-grupp tagħhom urew ir-reżistenza tagħhom meta żammew sal-120 minuta lil Spanja fi draw ta’ mingħajr gowls, biex rebħulhom bl-għoti tal-penalties.

Iċ-ċelebrazzjonijiet wara din ir-rebħa kompla mal-Marokk kollu u anke fil-Qatar fejn hemm numru ta’ partitarji tal-Marokk li qed jagħtu l-appoġġ tagħhom lil pajjiżhom li issa nhar is-Sibt jilgħab kontra l-Portugall.

Ritratt li spikka kien dak ta’ Achraf Hakimi hekk kif skorja dak li kellu jkun il-penalty deċiżiv mar ibus lil ommu.