Internazzjonali

Ċina: Issa n-nies m’għandhomx għalfejn jagħmlu kwarantina f’kamp tal-Covid

Wara numru ta’ protesti, l-awtoritajiet Ċiniżi ħadu d-deċiżjoni li issa, fil-maġġoranza tan-nies, jistgħu joqgħodu kwarantina fi djarhom stess minflok f’faċilitajiet tal-istat, kif kien qed isir fl-aħħar xhur.

Il-liġi l-ġdida tgħid li dawk li joħorġu pożittivi iżda ma jkollhomx sintomi, jew inkella jkollhom sintomi ħfief għandhom joqgħodu d-dar u kontinwament jirraportaw lill-awtoritajiet. Madanakollu, dawk li jkollhom sintomi aggravati huma obbligati li joħorġu minn djarhom u jmorru f’kampijiet li saru għal tal-apposta mill-awtoritajiet Ċiniżi.

Il-pajjiż neħħa wkoll il-bżonn ta’ PCR test biex wieħed jattendi postijiet publiċi, ħlief meta wieħed ikun sejjer fi sptar jew jattendi l-iskola.

Dan il-pass qed ikun meqjus bħala l-ewwel pass ‘il quddiem biex il-pajjiż “jitgħallem jgħix bil-virus” u eventwalment ineħħi r-restrizzjonijiet kollha.