Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Cristiano Ronaldo jagħżel li ma jitħarriġx mal-bqija tas-sostituti

L-għada li l-Portugall kwalifikaw għall-kwartifinali b’rebħa ta’ 6-1 fuq l-Iżvizzera, l-attakkant Portugiż Cristiano Ronaldo ma tħarriġx mal-bqija tas-sostituti li l-Erbgħa filgħodu tħarrġu b’mod normali iżda minflok ingħaqad mal-bqija tal-players li lagħbu fil-partita tat-Tlieta fil-gym.

Ronaldo lbieraħ kif fost ir-riservi fil-partita, bil-player li jeħodlu postu, Goncalo Ramos jiskorja hat-trick. Din kienet l-ewwel partita mill-aħħar 31 f’fażi finali ta’ tournament li Cristiano Ronaldo ma bediex mill-bidu, bit-tfajla tiegħu Georgina Rodriguez fuq il-midja soċjali tgħid li l-kowċ Portugiż Fernando Santos naqsu mir-rispett.

Cristiano Ronaldo bħalissa jinsab mingħajr klabb wara li nħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United wara intervistà kontroversjali ma’ Piers Morgan.