Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Declan Rice u Callum Wilson ma jitrenjawx mat-tim Ingliż

Fis-sessjoni ta’ taħriġ tal-Erbgħa, il-midfielder Declan Rice u l-attakkant Callum Wilson ma trenjawx mal-bqija tat-tim Ingliż.

Jidher li Rice kien nieqes għaliex jinsab ma jiflaħx filwaqt li Wilson qed isofri minn injury. Dawn iż-żewġ player ikomplu jżidu l-problemi għal Gareth Southgate hekk kif diġa tilef lil Ben White li ħalla l-grupp minħabba raġunijiet familjari u lil Raheem Sterling li kellu jħalli l-Qatar wara li allegatament ħallelin daħlu fid-dar tiegħu.

L-Ingilterra nhar is-Sibt tilgħab fil-kwartifinali kontra Franza wara li nhar il-Ħadd bl-aktar mod sorprendenti eliminaw lis-Senegal bl-iskor ta’ 3-0.