Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

“Din hija l-aqwa Tazza tad-Dinja ta’ kull żmien” – Gianni Infantino

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino qal li din il-fażi tal-gruppi kienet l-aqwa ta’ kull żmien. Infantino semma kif f’din il-fażi kien hemm partiti mill-isbaħ, rekords ta’ attendenzi fl-istadiums u anke n-numri ta’ persuni li raw il-partiti fuq it-televiżjoni kienu ogħljin.

Infantino qal li ra kull partita u qal li l-partita fil-fażi tal-gruppi jawguraw tajjeb għall-aħħar fażi tat-Tazza tad-Dinja. Gianni Infantino qal kif aktar minn 2 biljun persuna segwew l-partiti s’issa fuq it-televiżjoni u aktar minn żewġ miljun u nofs persuna jinsabu f’Doha.

Il-President tal-FIFA qal kif f’din l-edizzjoni ma hemm l-ebda tim li huwa ikbar mill-ieħor hekk kif kull pajjiż jirnexxielu jisfida lil kull avversarju.