Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Eden Hazard jirtira minn mat-tim nazzjonali Belġjan

Il-winger Belġjan Eden Hazard ħabbar li rtira minn mat-tim Nazzjonali wara l-eleminazzjoni tal-Belġju mit-Tazza tad-Dinja fil-fażi tal-gruppi.

Hazard li kien ukoll il-captain tat-tim nazzjonali skorja 33 gowl f’126 partita għall-Belġju u kien protagonistà fit-Tazza tad-Dinja tal-2018 meta dakinhar pajjiżu temm fit-tielet post. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Hazard qal li mil-lum tinbeda paġna ġdida fil-karriera tiegħu filwaqt li rringrazzja lill-partitarji kollha tat-tim Belġjan. Hazard iddebutta f’partita kontra l-Lussemburgu bl-ewwel gowl tiegħu jasal f’partita kontra l-Kazakhstan.

Fl-aħħar snin il-karriera ta’ Hazard kienet ikkaraterizzata minn bosta injuries li ħallewh nieqes mill-azzjoni għal numru ta’ xhur.