Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Hansi Flick se jibqa’ kowċ tal-Ġermanja

Hansi Flick se jkun qed jibqa’ fit-tmexxija tat-tim nazzjonali Ġermaniż minkejja li l-Ġermanja kienu eliminati mill-fażi tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja. Dan kien konfermat mill-Federazzjoni tal-Futbol Ġermaniża.

Flick qal li l-għan se jkun li l-Ġermanja tirbaħ il-Kampjonati Ewropej tal-2024 li se jkunu qed isiru fil-Ġermanja stess. Flick qal li hu u t-tim tiegħu huma ottimisti li jistgħu iwasslu lill-pajjiż għar-rebħ ta’ dan it-tournament.