Internazzjonali

Iċ-Ċina: Tneħħi l-aktar politika riġida dwar il-Covid

Iċ-Ċina qed tneħħi l-aktar liġijiet severi dwar il-Covid, ġimgħa biss wara l-protesti tal-massa kontra l-kontrolli stretti li kienu qed ikunu imposti fuq il-poplu. 

B’hekk, qed ‘jispiċċaw’ il-kampijiet għall-kwarantina u bin-nies lanqas ma jridu juru r-riżultat tat-testijiet biex jidħlu f’ċerti zoni. Hu minnu wkoll li n-nies, issa, jistgħu jivvjaġġaw b’mod aktar liberu madwar il-pajjiż.

Iżda filwaqt li ċ-ċittadini qed jesprimu sodisfazzjon dwar is-sitwazzjoni hemm anki element ta’ tħassib dwar il-bidliet rapidi għall-politika preċedenti tal-Gvern komunista li kien qed jinsisti bil-miżuri għal ‘zero każi tal-Covid’.

U l-akbar domanda fuq fomm in-nies hi ‘għalfejn il-Gvern, issa, iddeċieda li jwettaq bidliet daqshekk radikali u f’daqshekk qasir żmien.’