Internazzjonali

Iktar minn 150 feruti wara li żewġ ferroviji ħabtu fi Spanja

Iktar minn 150 sofrew minn xi ġrieħi, bi tlieta minnhom jittieħdu b’urġenza fi sptar wara li żewġ ferroviji ħabtu f’Montcada i Reixac, qrib Barċellona għall-ħabta tat-7:50am.

Il-każ seħħ fl-istazzjon meta waħda mill-ferroviji ħabtet fuq wara ta’ ferrovija oħra.

Uħud mill-passiġġieri saħansitra sofrew minn ġrieħi gravi u ksur f’diversi partijiet minn ġisimhom.

Is-servizz tal-ferroviji ġie sospiż għal xi ħin filwaqt li nfetħet investigazzjoni biex ikun stabbilit x’wassal għal dan l-inċident.