Il-kundizzjoni tal-leġġenda Brażiljana Pelè qed titjieb minkejja li għadu l-isptar. Pelè li għandu 82 sena, iddaħħal l-isptar il-ġimgħa li għaddiet u s-Sibt li għadda assigura l-partitarji tiegħu hu jinsab b’saħħtu u b’ħafna tama.
Rapporti fil-media internazzjonali bdew jgħidu li Pelè kien se jibda jkun imħares b’mod differenti wara li ma kienx qed jirrispondi għall-kimoterapija. Stqarrija mit-tobba qalet li Pelè kompla juri progress fil-kundizzjoni ġenerali tiegħu, speċjalment fl-infezzjoni respiratorja. Intqal ukoll li qed juri sinjali stabbli, jinsab konxju u mingħajr komplikazzjonijiet ġodda.
//= $special ?>