Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

“Il-partita kontra l-Arġentina m’hijiex aħna kontra Messi “- Virgil van Dijk

Id-difsenur u captain Olandiż Virgil van Dijk qal li l-partita ta’ nhar il-Ġimgħa kontra l-Arġentina m’hijiex l-Olanda kontra Lionel Messi.

Van Dijk li rrikonoxxa kif Messi huwa wieħed mill-aqwa players ta’ kull żmien qal li huwa konxju mill-qawwa tat-tim Arġentin hekk kif għandhom players ta’ kwalità f’kull dipartiment tal-ground.

Id-difensur Olandiż qal kif l-Olanda għandhom għaqda kbira bejniethom u din tista’ tkun fattur ewlieni li jwassalhom sal-finali. L-istess player sellem lil-leġġenda Brażiljan Pele li fl-aħħar jiem reġa kien rikoverat fl-isptar.