Lokali Parlament

Jeħtieġ korsijiet f’Malta għall-veterinarji

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella biex ‘Malta jibdew isiru korsijiet għall-veterinarji għaliex s’issa dan ma jsirx f’Malta b’konsegwenza li l-istudenti li jixtiequ jsiru veterinarji qed ikollhom iħallsu flejjes kbar biex imorru barra minn Malta.

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina tkellem dwar annimali fl-irziezet u qal li s-sitwazzjoni hi li min għandu l-irziezet f’art tal-privata jinsab f’inċertezza kbira. Il-PN insista li fid-definizzjoni ta’ raba’ jkun hemm ukoll l-irziezet biex din tkun protetta.

Toni Bezzina kompla li l-gvern għandu jifhem li l-ambigwità għandha titneħħa għaliex fost ir-raħħala hawn biża’ kbir. Hu tkellem ukoll dwar il-veterinarji li jaħdmu fl-irziezet u qal li min irid jagħmel kors ta’ veterinarji jrid bilfors imur barra l-pajjiż. Jeħtieġ li l-pajjiż jinvesti f’servizzi veterinarji biex l-annimali tal-irziezet ikollhom il-ħarsien tas-saħħa tagħhom. Problema oħra hi l-ispejjeż li r-raħħala qed iħallsu għas-servizzi tal-veterinarji minħabba l-ammonti kabr ta’ annimali li jitrabbew fl-irziezet.

Hu semma’ wkoll id-diversi inizjattivi li kien daħħal Gvern Nazzjonalista favur il-ħarsien tal-annimali.