Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li ġie mixli li stupra lill-eks tfajla tiegħu

Ritratt mill-Arkivji

Raġel inżamm arrestat wara li allegatament ġiegħel lill-eks-tfajla tiegħu tagħmel sess miegħu quddiem raġel ieħor, bħala parti minn dak li l-pulizija ddeskriviet bħala ‘xi forma ta’ ritwali.’ Ogaga Epete ta’ 26 sena, residenti Buġibba min-Niġerja tressaq il-Qorti quddiem il-maġistrat Ian Farrugia mill-Ispettur John Spiteri.

Epete kien mixli bi stupru, li wettaq att sesswali mhux kunsenswali, ferita ħafifa fuq il-ġisem tal-allegata vittma u arrest illegali. Epete, li qal lill-Qorti li jbiegħ il-ħwejjeġ għall-għajxien tiegħu, wieġeb mhux ħati tal-akkużi. L-Avukat Martin Farrugia, li assista lill-akkużat, talab lill-Ispettur Spiteri jispjega x’kien wassal għall-arrest tar-raġel.

L-Ispettur qal lill-Qorti kif fil-25 ta’ Ottubru l-Pulizija kienet irċeviet telefonata mill-allegata vittma, fejn irrapportat li l-ġurnata ta’ qabel, waqt li kienet fir-residenza tagħha, l-akkużat kien ġiegħlitha twettaq atti sesswali kontra r-rieda tagħha.

Preżenti wkoll waqt l-allegat aggressjoni kien hemm raġel ieħor, iben wieħed mill-ħbieb tal-akkużat. Il-mara kienet beżgħet li se tintuża vjolenza kontriha, qal l-ispettur Spiteri. Fil-Qorti ngħad ukoll li l-vittma u l-akkużat qabel kienu f’relazzjoni.

“Il-vittma qalet li matul dan l-episodju stramb, li qatt ma kien ġara qabel, Epete kien qalilha biex tneħħi l-ilbies quddiem il-persuna l-oħra u li ried jidħol f’konnessjoni karnali bħala parti minn xi forma ta’ ritwali.” Inħareġ mandat ta’ arrest u Epete ġie arrestat.

Waqt li kien arrestat Epete ittieħed f’ċentru tas-saħħa, minn fejn ġie riferut lejn l-isptar Monte Carmeli. Nhar it-Tnejn, il-pulizija ġiet infurmata li Epete kien tajjeb biżżejjed biex jagħti stqarrija lill-Pulizija u jitressaq il-qorti. Epete wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

L-Avukat Farrugia talab il-ħelsien mill-arrest f’ismu. Id-difiża semmiet il-preżunzjoni tal-innoċenza, u sostniet li l-fatt li l-akkużat kellu indirizz fiss u li l-identità tiegħu kienet magħrufa, kien ifisser li ma kien hemm l-ebda raġuni raġonevoli biex tiġġustifika d-detenzjoni kontinwa tar-raġel f’dan l-istadju.

Il-Prosekutur Angele Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali rrispondet li kien “assolutament prematur” li r-raġel jingħata l-ħelsien mill-arrest. Dan għaliex il-vittma kienet għadha ma xehditx, u li għalhekk hemm il-biża taż tbagħbis tal-evidenza.

Barra minn hekk, l-akkużat ma kellu “ebda rabta ma’ Malta u ma kellu l-ebda familja hawn.” L-avukat irrimarkat li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li jrid jintlaħaq bilanċ bejn l-interess pubbliku u l-libertà personali. “Il-prosekuzzjoni toġġezzjona bil-qawwa għal din it-talba,” temmet tgħid l-avukat.

“Dejjem irrispettajna l-preżunzjoni tal-innoċenza,” żied jgħid l-Ispettur Spiteri. “Illum qegħdin hawn biex nifhmu jekk l-akkużat hux f’pożizzjoni li jagħti garanziji. Għalkemm diġà nġabru ħafna provi, l-evidenza tal-vittma hija importanti ħafna,” qal l-ispettur.

“Il-vittma jista’ wkoll tkun f’tentazzjoni li twaqqaż l-akkużi.” Spiteri żied jgħid li l-akkużat kien diġà pprova jikkuntattja lill-allegata vittma mill-isptar, u spjega li dan juri r-riskju li Epete jipprova jostakola l-kors tal-ġustizzja kien reali. Il-Maġistrat Farrugia, filwaqt li nnota n-natura serja tal-akkużi u l-fatt li l-aktar xhieda importanti kienu għad iridu jixhdu, kif ukoll in-nuqqas ta’ rabtiet tal-akkużat ma’ Malta, ċaħdet it-talba għal libertà proviżorja. Il-qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-allegata vittma għat-tul tal-proċeduri.