Lokali

“Kull min hu involut għandu jerfa’ responsabbiltà”

“Kull min hu involut għandu jerfà responsabbiltà – B’hekk biss jistgħu jiġu evitati dawn l-inċidenti”

Hekk kien stqarr  ic-Chairman tal-OHSA Mark Gauci, meta tkellem mal-MaltaToday wara l-aħħar inċidenti li seħħew f’siti ta’ kostruzzjoni. Bl-aktar każ riċenti jkun dak li fih miet żagħżugħ ta’ 20 sena, fejn b’kollox kienu involuti xejn anqas minn 6 persuni – li tlieta minnhom spiċċaw l-isptar Mater Dei jissieltu ghal hajjithom.

L-editorjal tal-MaltaToday innota kif fl-istess jiem, ħaddiem tork ta’ 42 sena spiċċa tilef ħajtu wara li waqà minn għoli ta’ sular u nofs waqt li kien għaddej bix- xogħol fi skola li għadha qed tinbena fl-Imsida.

U ftit jiem biss wara, Daniel Spiteri tilef ħajtu ħabta u sabta wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol fuq saqaf ta’ maħżen.

L-editorjal tal-Malta Today jisħaq illi għalkemm qegħdin jiġru dawn id-diżgrazzji jum wara l-ieħor .. xejn mhu qed isir sabiex dawn l-inċidenti jiġu evitati. Filfatt l-Editoral jistaqsi .. Għalfejn il-Gvern qiegħed jaħli l-ħin minflok ma jieħu azzjoni li tistà ssalva l-ħajja ta’ diversi ħaddiema.

Skont il-Malta Today jidher biċ-ċar li l-istuttuzzjoni li tmexxi dan is-settur qed tfalli.  Filfatt, waħda mill-akbar nuqqasijiet hija marbuta mal-liċenzja tal-kuntratturi – xi ħaġa li ma teżistix, għalkemm ilha tiġi mwegħda snin.

Il-gazzetta tfakkar li hekk kif it-tobba għandhom bżonn il-warrant sabiex jippratikkaw … il-kuntraturi għandhom ikollhom liċenzja apposta sabiex ikunu njistgħu jibqgħu għadejjijn bi proġett ta’ kostruzzjoni. Barra minn hekk, l-Editorjal insista li dawk il-kuntratturi li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom jew jiksru r-regoli … għandhom jiġu esklużi awtomatikament, speċjalment fir-rigward ta’ kuntratturi li jingħataw kuntratti tal-Gvern.

L-editorjal tal-Malta Today saħaq li t-tkaxkir tas-saqajn minn naħa tal-Gvern irid jieqaf illum qabel għada.