Internazzjonali

L-Afganistan: L-ewwel esekuzzjoni pubblika mindu t-Taliban reġa’ ħa l-poter

Il-militanti tat-Taliban wettqu l-ewwel esekuzzjoni pubblika mindu l-moviment Iżlamiku estremista ħataf lura l-poter fl-Afganistan matul is-sajf tal-2021.

Dan fost rapportili raġel ingħata l-forka fi stadium tal-isport iffullat bin-nies wara li ammetta ħtija għal omiċidju.

L-istadium jinsab fil-provinċja ta’ Farah u jidher li għexieren ta’ kapijiet tat-Taliban, fosthom Ministri tal-Gvern, attendew għall-esekuzzjoni…Esekuzzjoni li kellha sseħħ wara li l-Imħallfin Afgani ngħataw mandat biex jinfurzaw bis-sħiħ il-liġi Iżlamika ta’ Sharia.

Il-Mexxej Suprem Talibani,  Haibatullah Akhundzada, qed iwettaq pressjoni fuq l-Imħallfin biex jimponu aktar pieni pubbliċi bħall-esekuzzjonijiet, il-proċessi għall-qtugħ tal-idejn u riġlejn ta’ persuni li jwettqu ċerti reati u t-tħaġġir ta’ persuni fil-preżenza tal-folol.