Lokali

Maratona ġbir ta’ fondi biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jissaħħaħ

Hekk kif bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti ghall-maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista … li se ssir f’jum il-festa tat-8 ta’ Dicembru, id-Dar Ċentrali tal-PN tinsab lesta liebsa l-libsa tal-Milied; b’armar uniku mżewwaq b’diversi kuluri u dwal, fejn fost l-oħrajn tiddomina is-sigra tal-Milied magħmula mill-bżiezaq.

Din il-maratona se tixxandar LIVE fuq Net TV u anke fuq Net FM. Dan sabiex il-Partit Nazzjonalista ikompli jwassal il-messaġġ tiegħu b’mod effettiv.

F’kummenti lil Net News, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, appella lill-Maltin u l-Għawdxin sabiex jingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista fid-Dar Ċentrali u jipparteċipaw f’din il-maratona ġbir ta’ fondi.

Il-maratona se tibda f’nofsinhar u tibqa għadejja sal-11pm, b’bosta attivitajiet għall-familji Maltin u Għawdxin.

Kull min ma jistax jattendi għal l-inizjattiva tal-Partit Nazzjonalista u jixtieq jgħin, jista’ jagħmel dan billi jċempel jew jibgħat SMS, kif ukoll b’donazzjoni online fis-sit elettroniku pn.org.mt/donazzjoni.

Għad-donazzjonijiet wieħed jista’ wkoll jikkuntattja lil xi membru tal-Kumitat Sezzjonali tal-lokalità tiegħu.