Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Operazzjoni b’suċċess għal Gabriel Jesus

L-attakkant Gabriel Jesus għamel operazzjoni fuq l-irkoppa li weġġa’, liema operazzjoni kienet suċċess iżda ħallietu barra mill-kumplament tat-Tazza tad-Dinja. Il-plejer ta’ 25 sena flimkien ma’ sieħbu fit-tim Alex Telles weġġgħu t-tnejn l-irkoppa tal-lemin waqt it-telfa tal-Brażil kontra l-Kamerun il-Ġimgħa.

Din il-logħba kienet l-ewwel waħda li beda fil-Qatar wara li kien daħal bħala sostitut fiż-żewġ logħbiet preċedenti. Il-klabb tiegħu Arsenal, qal li Jesus se jibda programm ta’ rijabilitazzjoni iżda għadu mhux magħruf meta mistenni jirritorna.