Internazzjonali

Attentat ta’ Kolp ta’ Stat fil-Ġermanja; raids f’130 sit differenti

Numru ta’ persuni ġew arrestati f’raids li saru madwar il-Ġermanja fuq suspett li kienu qed jippjanaw li jneħħu lill-Gvern mill-poter.

Il-grupp ta’ 25 persuna qed ikun meqjus li jħaddnu twemmin tal-lemin estrem u eks membri tal-militar. Il-pjan kien li jidħlu fil-bini tal-Parlament, Reichstag, u jieħdu il-poter minn taħt idejn il-Gvern.

Madwar 3,000 uffiċjali tal-Pulizija ħadu sehem f’raid li saret l-Erbgħa filgħodu f’130 sit differenti. Minn dawk li ġew arrestati, 22 huma Ġermaniżi filwaqt li tlieta l-oħra huma maħsuba b’involviment, b’wieħed minnhom huwa Russu.

Allegatament, raġel magħruf bħala l-Prinċep Heinrich XIII, li għandu 71 ġie arrestat fuq suspett li dan kien fiċ-ċentru tal-pjanijiet li kien hemm fis-seħħ. Hu maħsub li b’kollox hemm involuti 50 persuna, bil-pjan ikun li jneħħu l-mudell repubblikan u minfloku japplikaw il-mudell li kien hemm fil-Ġermanja fl-1871.