Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Fil-Qatar jitwaqqaf rekord għall-ikbar pittura fid-dinja

(Ritratt: EPA)

F’Doha, l-artist Iranjan Emad Salehi stabbilixxa rekord dinji ġdid rikonoxxut minn Guinness bix-xogħol artistiku tiegħu bl-isem “Ball Story”.

Dan ix-xogħol, li sar fl-Istadium tal-Università tal-Ministeru tal-Kultura f’Doha f’mument meta għaddejja t-22 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, jkopri medda ta’ 9,652 metru kwadru u meqjus bħala l-akbar pittura tad-dinja. F’dan ix-xogħol Emad Salehi jirrakkonta l-istorja tat-Tazza tad-Dinja mill-bidu tagħha fl-1930 bl-ewwel edizzjoni fl-Urugwaj sal-edizzjoni attwali fil-Qatar .

Fi tmiem l-inawgurazzjoni ta’ din il-pittura, rappreżentant mill-Guiness Book of Records ippreżenta lil Emad Salehi biċ-ċertifikat li juri li din hija l-akbar pittura fid-dinja.