F’intervista li kellu maż-żagħżugħ matul il-maratona, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tkellem dwar kif il-Partit Nazzjonalista qed jiddifendi l-ħajja tal-omm u dik tat-tarbija. Dan fid-dawl tal-emenda li jrid idaħħal Robert Abela li se twitti t-triq għall-introduzzjoni tal-abort f’pajjiżna.
Huwa qal li l-Gvern ma jridx isib soluzzjoni f’dan ir-rigward. Fejn saħaq li wara li sab reżistenza kbira, issa Robert Abela qed jitkellem fuq tibdil f’din l-emenda għax hemm min ukoll fil-Grupp Parlamentari Laburista li ma jridx li tiddaħħal din l-emenda fil-liġi. Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jitkellem b’vuċi waħda f’pożizzjoni favur il-ħajja fil-ġuf.
Huwa għamel referenza wkoll għal dawk iż-żagħżagħ li sfortunatament għandhom nuqqas ta’ fiduċja fil-politiċi. Kien hawn fejn appellalhom biex jingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista sabiex flimkien ikunu l-protagonisti sabiex ikollna Malta aħjar.
Il-Kap tal-PN tkellem ukoll dwar numru ta’ proposti li qed iressaq il-Partit Nazzjonalista…proposti li jgħinu liż-żgħażagħ biex ikunu jistgħu fost l-oħrajn jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom.
//= $special ?>