Lokali

“Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun hemm għalik” – Alex Perici Calscione

“Ħafna professjonisti u għaqdiet, inklus il-President emeritu Marie Louise Coleiro u l-eks deputat mexxej tal-Partit Laburista Joe Brincat qegħdin jisħqu li bl-emenda li jrid idaħħal il-Partit Laburista dwar it-terminazzjoni tat-tqala ser jiddaħħal l-abort, u Malta għadha mhux lesta għal dan. F’dan il-mument il-pajjiż qed jitlob mingħandna biex nissaħu. U għalhekk il-Partit Nazzjonalista lest li jgħolla għal din ir-responsabbiltà u jwassal il-messaġġ jtal-poplu Malti u Għawdxi.”

Hekk saħaq il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calscione waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi li għaddeja bħalissa fid-Dar Ċentali Tal-Partit Nazzjonlista – Maratona li qegħdha tixxandar LIVE kemm fuq Net Television u anka fuq Net FM.

Il-Viċi Kap tal-PN saħaq li l-għajuna li qegħdin nirċievu mill-poplu Malti se tagħmel differenza kbira sabiex il-Partit ikun jistà jwassal il-leħen tal-poplu għal ġid tal-pajjiż. “F’dan il-mument nemmnu li l-stand li qiegħedd jieħu l-pajjiz hu fir-ruħ tal-Maltin u Għawdxin u aħna bħala Partit għandna responsabbiltà li nwasslu l-messaġġ.”

Meta mistoqsi dwar il-festi tal-Milied, il-viċi Kap tal-PN sostna li għalkemm wieħed jistà jkun gaħddej minn żmien diffiċli, il-Milied iġib ħafna ferħ u tamà fi qlub il-Maltin u l-Għawdxin.

“Dan hu l-ewwel milied wara l-pandemija. Ċertu affarijiet li konna nagħmlu d-dar, issa qed nerggħu nagħmluhom. Il-Milied jistà jfisser ħafna affarijiet għal ħafna nies differenti. Ħafna familji għaddejijn minn problema tal-għoli tal-ħajja, pero jien nemmen li l-Milied għandu sinifikat dejjem, anka jekk bħalissa għaddejijn minn mument diffiċli. Fl-Milied inkunu nistgħu niefqu ftit, nirriflettu u naprezzaw dak li għandna. Fuq kollox, il-Milied jfakkarna fit-twelid ta’ sidna Ġesu Kristu – xhieda tat-tifsira vera tal-Milied, u alura huwa mument speċjali ħafna.”

Fl-aħħar nett fil-messaġġ tiegħu, il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calscione appella lin-nies sabiex jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom b’risq il-Partit Nazzjonalista sabiex ikompli jwassal il-messaġġ tiegħu b’mod effettiv.

“Hemm ħafna xogħol xi jsir, iżda se nkompli għaddej bil-ħidma tiegħi f’isem il-Partit Nazzjonalista sabiex flimkien nagħtu kontribut lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Fuq kollox, wieħed għandu jibqà jqawwi qalbu u jittama, għaliex it-tama u l-isperanza m’gaħndhom jaqtaw qatt anka fi zmienijit diffiċli. Grazzi lill-impjegati, volontiera u lill kulħadd li baqà jiġi anka f’mumenti diffiċli.”