“Jgħid x’jgħid kulħadd il-Gvern qed idaħħal l-abort. Inutli li l-Gvern jinħeba wara l-parir tal-Avukat tal-Istat.”
Dan qalu l-eks Deputat Mexxej Laburista Joe Brincat fejn f’artiklu li tellà fuq il-media soċjali tiegħu l-Ħamis filgħodu, li kellu jidher fl-Orizzont, huwa saħaq li l-ligi kif gejja dwar l-abort hija aktar laxka minn dawk ta’ pajjiżi ohra, u dan minħabba il-kliem vagg li hemm fl-emenda.
Joe Brincat staqsa “Sa kemm tista’ tigi mwaqqfa t-tqala? Tista’ tibqa’ sa kemm-il xahar? L-emenda hija siekta, u dan ifisser li bla limitu. Fl-Ingilterra tista’ ssir sa 23 gimgha u 6 ijiem. U Malta? No limit! Fl-Germanja, possibbli sa 12-il gimgha. Fl-Italja, hemm sa 90 gurnata. U nerga’nistaqsi lill-Avukat tal-Istat, hawn Malta fejn hu l-limitu?”
Joe Brincat kompla billi qal, li fl-isptar Mater Dei, fuq kull pazjent it-tobba jagħmlu case conferences. Dan ifisser li speċjalisti minn diversi oqsma jiltaqgħu flimkien u jiddiskutu kull każ bħala team biex jaraw x’l-ahjar li jsir għall kull pażjent, kif jiġri wkoll fl-isptarijiet barra minn Malta. Filwaqt li jekk wiehed jara l-emenda kif inhi, parir mediku ta’ wieħed huwa bizzejjed.
“Smajt lil xi ħadd jgħid li biex kirurgu jagħmel operazzjoni ta’abort irid kull każ jigi approvat mill-Avukat Ġenerali. Nistaqsi lill-Avukat tal-Istat, fejn tinstab din il-kondizzjoni fl-emenda? U fejn jissemma l-avukat ġenerali fl-emenda? Kont qed nara l-ligi Taljana fuq is-suggett. L-abort fl-Italja jista’ jsir fi sptarijiet pubblici jew fi klinici approvati specjalment mill-gvern. Dan ma jezistix fl-emenda. Dan ifisser li jekk ikun hemm tabib li għandu permess ta’ klinika jew jaħdem fi klinika, jew anke fejn jara n-nies ikun tal-fehma, hu u hu biss bizzejjed) li hemm periklu tal-mewt tal-omm minhabba t-tqal, jew se jkun hemm hsara gravi fis-sahha tal-omm, jista’ jaqbad u jaghmel l-abort. M’ghandu bzonn xejn izjed. L-opinjoni tiegħu hija bizzejjed. Dan hu l-periklu. Tant kollox mibni fuq ix-xejn u bla regoli, li jekk ikun hemm tabib bla skrupli ta’ xejn u jrid jagħmel il-flus, jaqbad u jaghmel l-abort.”
Joe Brincat jappella lill-gvern sabiex verament jisma’. “Mhux jisma’ minn widna u minn oħra joħroġ. Għax il-konsegwenzi mbagħad għalih. Fosthom nerga’ ngħid li m’għandhux is-saħħa li jaħgmel ligi u tibqa’hemm jigri x’jigri. Fi zmien stess, jista’ jkun hemm referendum biex titħassar il-ligi li jkun webbes rasu fuqha, u wara jkun jaf xi tfisser meta tagħtix widen.”
//= $special ?>