Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Jitolbu kumpens għall-vittmi tat-Tazza tad-Dinja

Attivisti appellaw lil Gianni Infantino, President tal-FIFA, biex jgħati kumpens lill-vittmi tat-Tazza tad-Dinja. Id-dimostranti kienu mill-aġenzija volontarja Avaaz ibbażata fl-Istati Uniti, fejn appellaw lill-President tal-FIFA Gianni Infantino biex jaġixxi fuq il-mewt ta’ bosta ħaddiema migranti bħala riżultat tax-xogħolijiet li saru b’rabta mat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2022 fil-Qatar.

Il-Avaaz permezz ta’ attivisti jipprotestaw permezz ta’ banners, fakkru li Infantino stess huwa iben immigranti li kienu marru l-Iżvizzera . Il-protesta, fejn wieħed mill-attivisti kien b’maskra b’wiċċ Infantino saret fil-belt ta’ Brig l-Iżvizzera fejn l-istess Infantino twieled.

L-attivist Andy Legon ikkummenta li Infantino jeħtieġ jikkumpensa lill-vittmi ta’ din it-Tazza tad-Dinja u ħafna ħaddiema migranti li fil-fatt mietu b’rabta ma’ dan it-tournament u ħeġġu li jimpenja ruħu għal fond ta’ mhux inqas minn 440 miljun dollaru.