Internazzjonali

L-Indoneżja: Rabja dwar il-ħelsien ta’ terrorista involut fl-attakki ta’ Bali

Umar Patek smiles after the first day of his trial in the West Jakarta Court in Jakarta, Indonesia, Monday, Feb. 13, 2012. Umar Patek, a key Muslim militant arrested in the same Pakistani town where US commandos later killed Osama bin Laden, has gone on trial in Indonesia on multiple charges including ones covering the 2002 Bali bombings. (AAP Image/Oscar Siagian) NO ARCHIVING

Il-familji tal-vittmi Awstraljani li kienu mietu waqt l-attakki terroristiċi storiċi fuq in-nightclubs ta’ Bali huma urtati bil-kbir wara li wieħed mill-protagonisti fit-terrur inħeles mill-ħabs wara snin ta’ priġunerija.

Umar Patek kien weħel il-ħabs fuq akkużi li produċa l-bombi li qatlu lil għexieren ta’ innoċenti fiż-żewġ nightclubs u l-awtoritajiet Indoneżjani qed jgħidu li hu, issa, mgħadux isostni twemmin radikali u li mgħadux periklu għas-soċjetà. Madankollu il-ħelsien ta’ Patek qajjem rabja kbira fl-Awstralja li kienet tilfet 88 ċittadin fl-isplużjonijiet tat-12 ta’ Ottubru tal-2002.

Fl-isplużjonijiet kienu mietu xi 202 persuna minn 21 pajjiż, bl-attakki jibqgħu l-agħar każ ta’ terroriżmu fl-istorja tal-Indoneżja.

Patek – li wara l-attakki dam is-snin jiżgiċċa lill-awtoritajiet — kien weħel 20 sena ħabs u fejn kellu jservi biss nofs din is-sentenza. U skont l-awtoritajiet Indoneżjani, it-terrorista kien eliġibbli għall-ħelsien wara li tnaqqsitlu s-sentenza għal ‘imġieba tajba’.