Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Luis Enrique jirriżenja minn kowċ ta’ Spanja….minfloku Luis de la Fuente

Wara l-eliminazzjoni ta’ Spanja mir-round tal-aħħar 16 tat-Tazza tad-Dinja, il-Federazzjoni Spanjola ħabbret li Luis Enrique m’għandux fit-tmexxija tat-tim.

Luis Enrique kien ilu jmexxi lil Spanja sa mill-2018 u fl-EURO 2020 wassal lill-Ispanjoli sas-semi finali li tilfu kontra ċ-champions l-Italja.

Ftit siegħat wara din l-aħbar, Il-kowċ tal-iskwadra ta’ taħt il-21 sena Luis de la Fuente kien imħabbar bħala s-sostitut ta’ l-eks coach ta’ Barcelona.