Il-captain ta’ Manchester United Harry Maguire sostna li hu u l-iskwadra Ingliża jinsabu kunfidenti ħafna fil-ħila tagħhom sabiex jirbħu din il-kompetizzjoni tant prestiġjuża wara nuqqas ta’ 56 sena.
It-tim imexxi minn Gareth Soutgathe wasal sas-semi finali fl-aħħar edizzjoni fir-Russja fejn inqalgħu mal-Kroazja, barra minnhekk, l-Ingliżi temmew fit-tieni post fl-EURO 2020 fejn sofrew telfa permezz tal-għoti tal-penalties kontra l-Italja.
B’rebħa għada l-Ingliżi jagħmluha għas-semi finali fejn jaffrontaw lir-rebbieħ tal-konfront bejn il-Portugall u l-Marokk.
Maguire stqarr li jemmen li hemm ħafna affarijiet differenti, speċjalment fl-iskwadra mill-aħħar Tazza tad-Dinja fir-Russja. Huwa kompla jżid li għalkemm fl-aħħar edizzjoni hu u sħabu kienu kuntenti li waslu sas-semi finali, din is-sena mhux ser ikunu kuntenti b’xejn ħlief b’rebħa fil-finali.
//= $special ?>