Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Raheem Sterling lura mal-iskwadra Ingliża

(Ritratt: EPA)

L-FA Ingliża kkonfermat li l-winger ta’ Chelsea se jerġa’ jirritorna lura mal-kumplament tat-tim fil-faċilitajiet tat-taħriġ f’ Al Wakrah u se jkun disponibbli għall-partita li jmiss kontra Franza fil-kwarti finali.

Sterling kellu jħalli t-tim il-Ħadd li għadda u jirritorna lura d-dar hekk kif ġie żvelat li ħallelin daħlu biex jisirqu fid-dar tiegħu.

Sa dan il-mument, Sterling beda l-ewwel żewġ logħbiet fejn irnexxielu jsib ix-xibka fl-ewwel partita kontra l-Iran, madankollu l-ex winger ta’ Manchester City ma lagħabx kontra Wales kif ukoll ma kienx parti mill-iskwadra fl-aħħar partita kontra s-Senegal.