Raġel ta’ 43 sena qed jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad San Pawl il-Baħar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel, residenti r-Rabat, kien qed isuq mutur Yamaha XVS1100A direzzjoni lejn il-Mosta meta għal xi raġuni kellu mpatt mal-bankina.
Pulizija li kienu għaddejin fuq ronda fl-istess lokalità, sejħu għall-assistenza medika u taw l-ewwel għajnuna flimkien ma’ xi persuni li kienu fuq il-post tal-inċident. Ftit tal-ħin wara tim mediku kien fuq il-post u permezz t’ambulanza r-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia fejn ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>