Il-Pulizija f’Philadelphia kkonfermat li t-tfajjel ta’ 4 snin li kien instab mejjet f’kaxxa tal-kartun f’nofs foresta kien Joseph Augustus Zarelli.
It-tifel kien instab bla ħajja mingħajr ebda ħwejjeġ u mimli tbenġil fi Frar tal-1957. Il-qattiel qatt ma nstab minkejja investigazzjoni li saret mill-Pulizija.
Il-Pulizija, issa, qed jittamaw li dan il-pass ‘il quddiem iwassalhom biex isibu lill-qattiel u b’hekk jagħtu d-dinjità lura lil dan it-tfajjel.
Il-ġenituri ta’ Joseph mietu xi snin ilu iżda għad hemm ħutu ħajjin li qed jappellaw għal kull informazzjoni possibbli biex jidentifikaw il-qattiel ta’ ħuhom.
//= $special ?>