Lokali Saħħa

8 każi ġodda ta’ Covid-19

Fl-aħħar sigħat ġew reġistrati 8 każi ġodda ta’ Covid-19, bil-każijiet attivi jammontaw għal 176.

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa fiequ 15-il persuna mill-virus.

Fortunatament fl-aħħar 24 siegħa ma miet ħadd bil-Covid biex l-ammont ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 809.