Saru magħrufa l-erba’ semi finalisti tal-ewwel edizzjoni tad-David Cluett Memorial Cup wara li bejn l-Erbgħa u l-Ħamis intlagħbu l-kwarti tal-finali fl-iskola St. Dorothy f’Ħaż-Żebbuġ.
Spikkat ir-rebħa kbira ta’ 9-1 li Gżira United kisbu kontra l-leader tal-kampjonat Żejtun Red Stars filwaqt li Rabat Veterans għelbu lil St. Andrews 6-1.
Żurrieq Wolves eliminaw lil MFPA wara li rebħulhom 3-0 u Birkirkara St. Helens għaddew b’rebħa ta’ 7-3 kontra Pietà Hotspurs.
Il-partiti tas-semi finali se jinltagħbu nhar it-Tnejn 12 ta’ Diċembru filwaqt li l-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru tintlagħab il-finali.
Sadanittant il-qligħ kollu minn din il-kompetizzjoni se jmur kollu għal Community Chest Fund. Għal din l-okkażjoni l-president ta’ Malta George Vella kien preżenti fil-preżenza tal-president tal-Malta Veterans Association Malcolm Camilleri u Carlos Cluett, ħu l-mibki goalkeeper David Cluett li għalih ġiet iddedikata din il-kompetizzjoni.
F’diskors tal-okkażjoni l-president ta’ Malta faħħar l-inizjattiva u rringrazzja lil din l-assoċjazzjoni għall-għotja finanzjarja li se tkun qed tagħti.
//= $special ?>