Illum, għall-ħabta tal-9:45am, il-Pulizija ġiet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li kien iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għax weġġa’ fuq il-post tax-xogħol fi Triq iċ-Ċimiterju, Ħal Għaxaq.
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li aktar kmieni, ir-raġel, li huwa mill-Maċedonja għandu 47 sena u residenti Wied il-Għajn, sofra xi ġrieħi f’idu ma’ xi makkinarju waqt li kien qiegħed jaħdem.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>