Lokali Parlament Saħħa

Inizjattiva sportiva mid-Deputati Parlamentari b’risq Puttinu

‘MPs for Puttinu’ kienet attività li saret il-Gimgha mid-Deputati Parlamentari u li kellha għan nobbli; biex jingabru fondi għal Puttinu Cares. Inizjattiva xprunata mill-eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-mibki Robert Arrigo, u li saret fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport, f’Pembroke.

F’din l-inizzjativa, iż-żewġ naħat tal-kamra ngħaqdu flimkien mal-Malta Futsal Association u l-Malta Netball Association biex ħadu sehem f’diversi logħbiet tan- netball u l-futsal, bil-flus li nġabru minn din l-iniżjattivà se jmorru b’risq Puttinu Cares.

L-attività kienet ikkordinata mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, Robert Cutajar, u kienet appoġjata wkoll mill-Kap tal-PN Bernard Grech.

L-eks Deputat Nazzjonalista, Robert Arrigo, baqa’ sal-aħħar nifs ta’ ħajtu jagħti daqqa t’id lin-nies vulnerabbli u kien għalhekk li anki l-familja Arrigo, permezz ta’ martu Marina fost l-oħrajn, taw l-appoġġ lil din l-attività filantropika.

Matul din l-inizjattiva ġew irkantati numru ta’ oġġetti kalċistiċi b’risq Puttinu Cares fosthom gear iffirmat mill-membri kollha tal-Parlament, gear tat-tim nazzjonali Irlandiż, filwaqt li d-deputat Robert Cutajar ippreżenta banner uffiċjali ta’ Tottenham Hotspur, it-team favorit ta’ Robert Arrigo, li intbgħat mill-Club apposta sabiex jiġi irkantat.