Il-preżentatur tal-programm Marci u Bandalori fuq Net FM, Joe Chetcuti, nieda l-kalendarju tant mistenni għas-sena li ġejja – kalendarju li ġie ppreżentat lill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione.
Din l-inizjattiva kienet saret għall-ewwel darba 20 sena ilu.
F’messaġġ li wassal waqt din it-tnedija, Alex Perici Calascione rringrazzja lil Joe Chetcuti għax-xogħol, u l-professjonalità tieghu biex jagħti lehen lill-kultura u lit-tradizzjonijiet Maltin, b’mod partikolari lill-Każini tal-Banda, li huma ħafna għal qalbu.
Min-naħa tiegħu, il-preżentatur Joe Chetcuti fakkar kif dan il-programm li welled hu 22 sena ilu, illum għandu mijiet ta’ semmiegħa. Kien hawn li b’mod partikolari sellem lil dawk li huma waħedhom jew morda …..u li bil-programm iżommilhom kumpanija.
Preżenti għal din it-tnedija kien hemm ukoll il-Kelliem tal-PN għad-Delizzji, Charles Azzopardi u l-Kelliem għal Għawdex, Alex Borg.
Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>